Petra tgħin lil ħaddieħor f’għeluq sninha

Awguri lill-kantanta Petra Zammit li llum qed tiċċelebra għeluq it-33 sena tagħha. Twieldet bħal-lum il-11 ta’ Awwissu tal-1987.

Il-kantanta li konna rajna fil-Malta Song for Europe, fil-Malta EUrovision Song Contest, f’L-Għanja tal-Poplu u fil-kompetizzjoni tal-X Factor Malta għandha xewqa partikolari biex tiċċelebra għeluq ninha u dan biex tiġbor fondi għal Break the Silence Against Domestic Violence, li tgħin vittmi ta’ vjolenza domestika.

 

Din it-tema hi waħda għal qalb il-kantanta Maltija u filfatt ftit tax-xhur ilu flimkien mar-rapper Lapes, ħarġet id-dwett Riflessjoni, li jitratta proprju din is-sitwazzjoni.

Jekk trid tkun taf aktar, idħol fuq dan il-link.