Petizzjoni kontra l-bini ta’ skola fis-Salini

Residenti f’San Pawl il-Baħar qed jiġbru petizzjoni biex iressqu l-ilment tagħhom għal żvilupp li se jsir f’parti mill-park naturali tas-Salini.
Ir-residenti Pawlin qed isemmgħu l-vuċi tagħhom kontra l-bini ta’ skola f’din iż-żona li hija mniżżla bħala żona speċjali għall-Konservazzjoni u Żona Natura 2000.
Fil-petizzjoni ntqal kif din l-iskola se tinbena bejn għadd ta’ toroq prinċipali.
B’hekk, skont il-petizzjoni, l-istudenti li jattendu din l-iskola se jkunu esposti għal tniġġis u periklu bit-traffiku li jkun hemm.
Dan apparti li l-proġett se jżid it-traffiku f’żona li diġa’ hija traffikuża.
Il-petizzjoni hija indirizzata għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Ministru tal-Ambjent.
Il-petizzjoni ssemmi ukoll il-fatt li din l-iskola se tinbena qrib Ċentru tad-Distribuzzjoni Elettrika.
Dan jista’ jwassal għal perikli relatati ma’ saħħa. Fosthom, skont implikazzjonijiet li huma rikonoxxuti mill-Kunsill Ewropew, hemm ir-relazzjoni bejn dawn iċ-ċentri u l-lukimja fit-tfulija.
Sal-lum, il-petizzjoni laħqet il-250 firma