Petizzjoni kontra d-dettalji tal-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

L-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri li għandhom uliedhom jattendu fl-iskejjel tal-Knisja, l-APCCS, ippreżentat petizzjoni t’aktar minn elfejn firma ta’ ġenituri li għandhom uliedhom jattendu f’dawn l-iskejjel.
Dan b’rabta mal-avviż legali numru 76 dwar l-ipproċessar tad-data personali tal-istudenti.
L-APCCS qalet li hija nkwetata bl-implikazzjonijiet ta’ dan l-avviż legali, hekk kif id-data personali se tibda tiġi trasferita, proċessata u miżmuma mingħajr ma l-ġenituri jiġu infurmati u mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom.
F’April li għadda, l-Assoċjazzjoni qalet li mhemmx indikazzjonijiet li l-informazzjoni se tintuża tajjeb u mhemmx garanzija li wieħed jibqa’ anonimu.
L-Assoċjazzjoni saħqet li dan l-avviż jipprevali fuq is-setgħa tal-ġenituri.