Petizzjoni: Il-President Emeritu u l-Isqof Awżiljarju fost li ffirmaw

Il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi huma fost dawk li ffirmaw il-petizzjoni ta’ Newsbook.com.mt biex il-Gvern ma jkeċċix 22 tifel u tifla minn Malta minħabba li l-ġenituri tagħhom ma jaqilgħux €19,000 fis-sena u €3,800 għal kull tifel u tifla.

Newsbook.com.mt beda l-petizzjoni wara li l-gazzetta The Sunday Times of Malta xandret rapport li fih tat informazzjoni dwar dak li kien qed jiġri.

F’temp ta’ ftit sigħat, in-numru ta’ firem kienu diġa qabżu l-elf, u l-għadd ta’ dawk li qed jiffirmaw qiegħed jiżdied bil-minuti.

Uħud milli diġa ffirmaw

Barra l-President Emeritus Coleiro Preca u l-Isqof Awżiljarju Galea Curmi l-petizzjoni ġiet iffirmata minn akkademiċi, ġurnalisti, Membri Parlamentari nazzjonali u tal-Parlament Ewropew.

Fost l-ismijiet insibu dawk tad-Dekan tal-Fakulta għat-Tisħiħ tas-Soċjetà l-Prof Andrew, u d-Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni Colin Calleja, il-Membru Parlamentari Ewropej Roberta Metsola u Therese Comodini Cachia MP, l-eks-Ambaxxatur Vickie Ann Cremona u l-MPs Ryan Callus u Karol Aquilina.

Aktar kmieni Newsbook.com.mt ħabbar li l-Arċisqof jinsab f’kuntatt mal-Gvern biex joffri l-għajnuna tal-Knisja fil-każ ta’ 22 tifel u tifla, uħud ta’ sentejn, mhedda bi tkeċċija minn Malta.

U int x’se tagħmel?

Issieħeb mal-mijiet li qed jiffirmaw il-petizzjoni billi tagħfas hawn: http://chng.it/v5MQGr9KxV