Petizzjoni għan-nies bejn sema u ilma; Illum it-18-il ġurnata

Twitter: Sea Watch International

Bħalissa qed iddur petizzjoni onlajn sabiex in-nies li jinsabu bejn sema u ilma abbord il-bastiment Sea-Watch 3 jitħallew jidħlu f’port.

Tegan Hill, fuq Change.org, bdiet petizzjoni fejn appellat lill-Parlament tar-Renju Unit u lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Jeremy Hunt, flimkien mas-Segretarju tal-Istat Sajid Javid sabiex jintervjenu u jipprovdu assistenza lis-Sea-Watch 3. Talbet ukoll biex jaġixxu sabiex jinstab port li jitħallew jidħlu fih.

Filmat: Għadu mhux magħruf meta u fejn se jitniżżlu l-immigranti – Sea Watch

Hi qalet li taf volontier jismu Robin Jenkins, li jinsab fuq il-bastiment bħalissa. Huwa rraporta li m’hemm l-ebda port Ewropew li qed iħallihom jidħlu, u spjega kif l-immigranti qed jaqsmu stejjer ta’ jasar, sfruttament u vjolenza li sofrew f’pajjiżhom, il-Libja. Huwa żied jgħid li r-riżorsi huma limitati, u Philip Hahn, l-Kap tal-Ħidmiet ta’ Salvataġġ fuq Sea-Watch 3, spjega li l-maltemp qed idgħajjef iżjed lin-nies, meta huma diġà dgħajfa.

“Tħallux l-immigranti fil-baħar” – UE lill-Istati Membri

Infatti, fuq Twitter, il-Missjoni Sea-Watch irrapurtat li sal-bieraħ kien hemm nies li qed jirrifjutaw jieklu, li turi li hemm deterjorazzjoni psikoloġika apparti fiżika. Dalgħodu, aġġornaw li sebħet ġurnata ġdida, fejn in-nies reġgħu qed jieklu, iżda hija it-18-il ġurnata jaffaċċjaw il-maltemp kiefer fil-Mediterran.

Il-petizzjoni spjegat li l-bastiment għadu l-baħar, u li għandu bżonn l-għajnuna peress li l-pajjiżi Ewropej m’humix jiftħu l-portijiet tagħhom sabiex jgħinu. Tegan Hill saħqet li abbord, apparti l-adulti, hemm ukoll 2 itfal, tarbija u 3 minuri mhux akkumpanjati. Kompliet tgħid li hemm kundizzjonijiet gravi minħabba l-maltemp li qed jaffaċċjaw.

“Ftakru fit-tfal li qed jivvjaġġaw waħedhom” – Kummissarju għat-Tfal

Malta ma kenitx aċċettat li jitħallew jidħlu dawn l-immigranti; Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li Malta m’għandix “terfa’ piż li mhux tagħha”.