Petizzjoni biex jingħalqu l-iskejjel u l-Università

Fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus f’Malta ġiet ifformulata petizzjoni bil-għan li jingħalqu l-iskejjel kif ukoll l-Università ta’ Malta. Skont id-deskrizzjoni li hemm mall-petizzjoni, jekk ma tittiħidx azzjoni, jista’ jagħti l-lok li jinxtered il-vajrus b’kaġun li eluf jispiċċaw ma jifilħux.

Fl-istess deskrizzjoni kien spjegat kif l-isptarijiet m’humiex atrezzati biex iżommu dawn l-ammonti kbar ta’ nies.

Kien appellat biex wieħed jitgħallem mill-iżbalji ta’ pajjiżi oħra u l-miżuri ma jittieħdux meta jkun tard wisq. Fid-deskrizzjoni l-persuna li ħolqot din il-petizzjoni qalet li bħala ċittadini Maltin, wieħed għandu d-dritt li jitlob biex jittieħdu azzjonijiet li jipproteġu lil Malta. Wieħed għandu d-dritt li jkun mismugħ u li jħossu sigur.

Tista’ taċċessa l-petizzjoni minn hawn.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn