Petizzjoni biex il-Park tal-Familja jerġa’ jinfetaħ

F’Marsaskala qed iddur petizzjoni sabiex jinġabru l-firem biex il-Gvern jerġa' jiftaħ il-Park tal-Familja qrib l-impjant ta’ Sant’Antnin.

L-eks Segretarju Parlamentari Nazzjonalista Mario Galea fuq Facebook talab lir-residenti kollha biex jiffirmaw din il-petizzjoni li mistennija titressaq għall-attenzjoni tal-Gvern.

Fuq Facebook, Mario Galea sostna li fil-passat Gvernijiet Laburisti ħallew dan il-post mitluq u l-Gvern Nazzjonalista għamel park mill-isbaħ għall-familji.

Qal li l-Gvern Laburista issa se jerġa jħalli dan il-post jitmermer.

Fil-petizzjoni għall-firem jingħad li fin-nofsinhar ta’ Malta hemm nuqqas kbir ta’ spazju miftuħ.

Jingħad ukoll li l-Gvern iddikjara hu stess li l-livell tal-emissjonijiet tal-kubrit li ħerġin mill-impjant tar-riċiklaġġ dejjem kienu inqas minn dak stabbilit mill-Unjoni Ewropea u għalhekk mhemmx periklu għall-familji biex iżuru dan il-Park.