Jirriżenja Peter Micallef ftit minuti wara li sar MP

Ftit sigħat wara li Peter Micallef ġie elett fl-elezzjoni każwali li saret dalgħodu biex jiġi elett Membru Parlamentari f'post Jean Pierre Debono, huwa ngħata l-ġurament tal-ħatra bħala membru tal-Parlament, iżda ftit minuti wara ppreżenta lill-Ispeaker Anġlu Farruġia l-ittra tar-riżenja tiegħu.
B’hekk, Dr Micallef witta t-triq għall-Kap Nazzjonalista, Adrian Delia, sabiex jieħu l-ġurament u jidħol fil-Parlament Malti.
Wara li rebaħ l-elezzjoni każwali b'1,719-il vot, Dr Micallef faħħar id-deċiżjoni “diffiċli imma importanti” ta’ Jean-Pierre Debono li jċedi s-siġġu Parlamentari tiegħu lil Adrian Delia, li skont Dr Micallef se jkun kap sod għall-partit.  
Ritratt: DOI – Clifton Fenech