Peter Beardsley sospiż wara li għadda kummenti razzjali lill-plejers tiegħu

L-eks coach ta’ taħt it-23 sena ta’ Newcastle United Peter Beardsley ġie sospiż milli jipparteċipa f’attivitajiet relatati mall-futbol għal 32 ġimgħa. Dan wara li nstab li abbuża razzjalment lill-plejers tiegħu stess.

Hu ġie akkużat mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol bi tliet każijiet fejn uża lingwaġġ razzist mall-plejers tiegħu f’Marzu li għadda. Hu ċaħad kategorikament li għamel dan. Hu telaq minn ma’ Newcastle wara li l-klabb stess għamel 14-il xahar jinvestiga dan il-każ.

Beardsley ġie ordnat jagħmel kors edukattiv dwar din il-problema li għandu.