Pete Buttigieg konfermat ir-rebbieħ f’Iowa

Pete Buttigieg, Democratic presidential candidate and former South Bend, Indiana mayor attends a campaign event in Merrimack, New Hampshire, U.S., February 6, 2020. REUTERS/Eric Thayer

Read in English.

Pete Buttigieg, il-kandidat tal-Partit Demokratiku ta’ dixxendenza Maltija, kien konfermat bħala r-rebbieħ tal-ewwel vot li sar fl-Istat ta’ Iowa.

L-ewwel fil-proċess twil tal-Partit Demokraitku biex jinstab il-kandidat li se jirripprażenta l-partit fl-elezzjoni Presidenzjali li se ssir f’Novembru.

Il-proċess tal-votazzjoni f’Iowa li kien kritikat ħafna minħabba l-intoppi li kien hemm fis-sistema tal-votazzjoni u bħala konsegwenza, l-għadd tal-voti tant li l-għola uffiċċjali tal-Partit Demokratiku kienu qed jitolbu li ssir reviżjoni tal-għadd tal-voti.

Imma wara tlett iwiem t’ inċertezza, il-Partit Demokratiku ikkonferma li kien Buttigieg li rebaħ b’distakk ta’ 0.1 fil-mija fuq il-kandidat veteran Bernie Sanders.

Issa l-attenzjoni hi fuq il-vot li jmiss fi New Hampshire fil-11 ta’ Frar.