Pete Buttigieg jirtira mill-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Amerka

Democratic U.S. presidential candidate Pete Buttigieg announces his withdrawal from the race for the 2020 Democratic presidential nomination during an event in South Bend, Indiana, U.S., March 1, 2020. Santiago Flores/South Bend Tribune via USA TODAY NETWORK via REUTERS

Read in English.

Pete Buttigieg ħabbar li se jitira l-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni presidenzjali Amerikana.

Din l-aħbar waslet wara r-riżultat elettorali fl-elezzjonijiet primarji li saru f’South Carolina, fejn spiċċa r-raba’. F’dawn l-elezzjonijiet, Bermie Sanders kiseb rebħa komda u kollox jindika li l-elezzjonijiet li se jsiru t-Tlieta fl-14 il-stat kienu se jikkonfermaw is-saħħa ta’ Sanders u jaffettwaw negattivament il-kandidatura ta’ Buttigieg. 

Il-kampanja ta’ Buttigieg bdiet tajjeb fl-istati ta’ Iowa u New Hampshire, madankollu r-riżultati ta’ Nevada u South Carolina kienu influwenti fid-deċiżjoni finali ta’ Buttigieg.

F’diskors li għamel meta ħabbar id-deċiżjoni tiegħu, Buttigieg qal li dan huwa l-mument tal-verità. Huwa qal li l-għan finali huwa li jkun hemm l-għaqda biex jiġu megħluba l-isfidi li qed tippreżenta l-kandidatura ta’ Donald Trump. 

Il-President kurrenti Donald Trump irreaġixxa għal din l-aħbar billi qal li l-voti li kien se jikseb Buttigieg se jmorru għall-kandidat Demokratiku Joe Biden, li bħalissa huwa l-Viċi President.

Il-kandidat Bernie Sanders feraħ lil Buttigieg tal-kampanja “b’saħħitha u storika” tiegħu, u laqa’ lil dawk li kienu jappoġġjaw lil Buttigieg fil-moviment tiegħu. Ħeġġiġhom jingħaqdu miegħu sabiex jiġġieldu għall-bidla vera fl-Amerka.

Minn artiklu fuq il-ġurnal The Washington Post il-ġimgħa li għaddiet, jidher li l-Maltin kienu qegħdin jappoġġjaw il-kandidatura ta’ Buttigieg, f’kollox ħlief fil-qbil tiegħu mal-abort. Missier Buttigieg kien il-Prof. Joseph Buttigieg.