Read in English.
Il-President elett Joe Biden qiegħed jikkunsidra li jagħti pożizzjoni ta’ importanza kbira lil Pete Buttigieg billi possibbilment jibagħtu fiċ-Ċina bħala ambaxxatur Amerikan.
Axios irrappurtat li wara din l-esperjenza, Buttigieg kapaċi jirritorna lura lejn l-Amerka bħala kandidat presidenzjali. Dan ġara fil-każ ta’ George H.W. Bush fl-1974, meta l-President Ford bagħtu f’Beijing għal 15 -il xahar.
Meta Buttigieg ħabbar li mhuwiex ħiereġ għall-elezzjoni presidenzjali huwa ta l-appoġġ tiegħu lil Joe Biden u kien mistenni li Buttigieg jingħata rwol importanti bħal dan jew simili. Xejn għadu m’huwa kkonfermat iżda jekk l-ex sindku ta’ South Bend jiġi approvat bħala ambaxxatur fiċ-Ċina jkun l-iżgħar wieħed fl-istorja.
Matul il-kampanja tiegħu, Joe Biden, qal li Pete ifakkru fit-tifel li kellu, Beau. Biden qal li dan il-kliem għalih huwa l-ikbar kumpliment li jista’ jagħti lil xi ħadd.