Pete Buttigieg fuq quddiem fl-elezzjoni f’Iowa

Democratic presidential candidate and former South Bend, Indiana mayor Pete Buttigieg speaks during a town hall campaign event in Manchester, New Hampshire, U.S., February 4, 2020. REUTERS/Brendan McDermid

Wara siegħat ta’ qtiegħ il-qalb minħabba intoppi fis-sistema tal-għadd tal-voti, Pete Buttigieg, li hu ta’dixxendenxa Maltija, rebaħ l-ewwel vot fost il-kandidati Presidenzjali tal-Partit Demokratiku fl-Istat Amerikan ta’ Iowa. Vot mistenni ħafna li jitqies indikatur ewlieni tal-intenzjonijiet tal-elettorat Demorkatiku.

Meta ngħaddu iktar minn 62% tal-voti, Buttigieg rebaħ 26.9 fil-mija tal-voti, filwaqt li l-politku veteran Demokratiku Bernie Sanders spiċċa fit-tieni post b’ 25.1 fil-mija tal-voti. Riżultat sorprendenti ħafna meta, meta wieħed li Buttigieg, li għandu 38 sena, hu wiċċġdid fil-Partit Demokratiku u qed jikkompeti kontra politiċi stabbiliti fosthom Joe Bien, li kien il-Viċi President ta’ Barack Obama li spiċċa fir-raba’ post wara Elizabeth Warren, b’ 15.6 fil-mija tal-voti.

Ir-riżultat ħareg hekk kif dak li mistenni jkun l-avversarju ewlieni, il-President Donald Trump, indirizza ż-żewġkmamar tal-Kungress Amerikan fid-diskors annwali tal-Istat tal-Unjoni (State of the Union Speech).

Speaker of the House Nancy Pelosi (D-CA) rips up U.S. President Donald Trump’s speech alongside Vice President Mike Pence following the State of the Union address to a joint session of the U.S. Congress in the House Chamber of the U.S. Capitol in Washington, U.S., February 4, 2020. REUTERS/Jonathan Ernst

Diskors li fih ftaħar bil-progress li għamel il-pajjiż f’diversi oqsma taħt il-presidenza tiegħu, l-aktar fil-qasam ekonomiku. Appuntament li ma’ kienx nieqes minn kontroversji fosthom b’Nancy Pelosi, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u veterana tal-Partit Demokratiku li mexxiet il-proċeduri ta’ impeachment kontrih, tqatta’ id-diskors ta’ Trump u bil-President Amerikan jirrifjuta li jeħdilha b’idha.