Pete Buttigieg b’kompetizzjoni għall-iżgħar donazzjoni

South Bend Mayor Pete Buttigieg buttons his jacket during a break at the sixth 2020 U.S. Democratic presidential candidates campaign debate at Loyola Marymount University in Los Angeles, California, U.S., December 19, 2019. REUTERS/Mike Blake

Il-kampanja tal-kandidat għall-Presidenza tal-Istati Uniti Pete Buttigieg nediet kompetizzjoni għal min kapaċi jgħati l-iżgħar donazzjoni lill-kandidat Demokratiku ta’ nisel Malti.

F’imejl lis-sapporters tiegħu, il-kampanja ta’ Buttigieg qalet li dik il-persuna li tgħati l-inqas ammont ta’ flus tirbaħ premju mill-kampanja. Dan jekk dak l-ammont ma jkunx jaqbel ma’ ammont li jkun ta ħaddieħor.

Xi persuni fuq Twitter ikkummentaw u qalu li l-kompetizzjoni tfisser li b’hekk jonqos ċ-ċifra medja tad-donazzjonijiet li jirċievi Buttigieg. Tim Tagaris, konsulent fil-kampanja ta’ Sanders, esprima l-istess opinjoni.