Persuni vulnerabbli jsibu xogħol minn Jobsplus

Is-segretarju parlamentari Clifton Grima qal li Jobplus għen numru ta’ persuni vunerabbli jsibu xogħol matul is-sena li għaddiet.

Waqt li kien qed jiftaħ id-diskussjoni dwar l-estimi ta’ Jobplus, Grima qal li kien hemm 54 persuna li wara li lestew programm ta’ rehabilitazzjoni mid-droga l-aġenzija għenithom isibu xogħol.

43,000 ħaddiem barrani rreġistrat mal-Jobsplus

Qal li aktar minnhekk, 152 pruġunier attenda korsijiet ta’ Jobsplus b’62 minnhom isibu xogħol wara li ħarġu mill-Faċilita’ ta’ Kordin.