Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur jindarab fl-Imsida

Sewwieq ta' mutur intlaqat minn karozza fl-Imsida.
L-inċident seħħ fi Triq il-Marina direzzjoni lejn il-Belt Valletta ftit wara l-10am viċin il-Junior College bejn karozza misjuqa minn raġel ta' 52 sena minn San Pawl il-Baħar u mutur misjuq minn raġel Taljan ta' 27 sena residenti l-Imsida.
Mat-Taljan kien hemm riekba tfajla ta' 26 sena tal-istess nazzjonalità.
Kawża ta' dan l-inċident inġemgħa t-traffiku għal xi ħin.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur u l-passiġġiera li kellu miegħu l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ix-xufier ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.
Il-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhix magħrufa.