Persuni qed iċemplu minn numri Żvizzeri…taqbadx

Xi persuni rċevew telefonata min-numri +41 74 278 5038/23, li huma numri Żvizzeri. Dawn huma numri qarrieqa bil-ħsieb li jiġi sfruttat min jaqbad it-telefonata.
F'dawn it-tip ta' telefonati aktarx min jaqbad ikun qed iħallas hu għat-telefonata, u l-flus imorru kollha għand persuna jew persuni mhux magħrufa li jċemplu.