Aġġornata: Jisfronda s-saqaf wara li tellgħu gaffa fuq il-bejt

Construction Site

Raġel indarab wara li gaffa waqgħet f'sit ta' kostruzzjoni f'Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta' 12.30pm fi Triq l-Imdina waqt li kienu għaddejjin xi xogħlijiet ta' kostruzzjoni u tiswijiet.
Jidher li s-soqfa tas-sit sfrundaw wara li l-gaffa ttellgħet fuq il-bejt.
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar għall-kura.
Il-kundizzjoni għadha mhix magħrufa.
Ritratt: Arkivji