Persuni mgħammda u armati jisirqu minn ħanut fil-Gżira

Ammont ta’ flus kontanti nsterqu minn ħanut fil-Gżira.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Gżira.
Żewġ persuni, x’aktarx irġiel, li kienu lebsin hoody u maskra daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lil wieħed mill-impjegati.
Wieħed mill-irġiel kien allegatament armat b’arma tan-nar.
Fil-ħin tas-serqa, fil-ħanut kien hemm biss żewġ impjegati – żagħżugħ ta’ 17-il sena minn San Ġwann u mara ta’ 45 sena minn San Pawl il-Baħar.
Ħadd mill-impjegati ma’ weġġa’.
Il-ħallelin irnexxielhom jaħarbu minn fuq il-post bil-flus.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga u nħatret ukoll inkjesta maġisterjali.