Erbgħa l-isptar bi ġrieħi ħfief wara ħabta bejn sitt vetturi

Erba' persuni ddaħħlu l-isptar bi ġrieħi ħfief wara inċident bejn sitt vetturi, foshtom trakk u tliet vannijiet.
L-inċident seħħ kmieni llum waranofsinhar fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ.
Minn informazzjoni i li kiseb Newsbook.com.mt fil-vetturi nqabdu xi persuni tant li kellhom jissejħu l-Protezzjoni Ċivili.
Il-persuni li ddaħħlu l-isptar huma mara ta' 32 sena u raġel ta' 60 mill-Mellieħa u żewġ barranin.
It-triq reġgħet infetħet għat-traffiku.