Filmat: Ħidma intensiva fil-Ħamrun; tfittxija għal mara

Aġġornat 09:24 PM

Read in English.

LIVE: Tkompli t-tfittxija għall-mara nieqsaAktar dettalji: https://bit.ly/2Tj3YqB

Posted by Newsbook.com.mt on Monday, March 2, 2020

L-aħħar aġġornamenti

  • Tfittxija għal mara taħt it-tifrik
  • Id-dar ikkollassat għas-2.15pm
  • Hemm sit ta’ kostruzzjoni eżatt ħdejn id-dar li ġġarrfet
  • Għadd ta’ residenti fil-qrib evakwati

L-awtoritajiet qed ifittxu qalb it-tifrik ta’ dar li kkollassat fi Triq Joseph Abela Scolaro fil-Ħamrun biex jippruvaw isibu mara li hija maqbuda taħt il-ġebel.

Kelliem għall-Pulizija li ta stqarrija mill-post tal-inċident qal li qed issir tfittxija bil-klieb u b’drone għall-mara. Fit-tieni aġġornament tiegħu qal li l-ħidma tal-awtoritajiet mistennija tkompli matul il-lejl. Iddeskriva l-ħidma li qed issir bħala “operazzjoni kbira”.

Skont il-kelliem, residenti li joqgħodu fid-djar ħdejn dik li waqgħet ġew evakwati.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-mara li nqabdet taħt it-tifrik għandha 55 sena.

LIVE: Dettalji mill-Korp tal-Pulizija dwar it-tiġrif fil-ĦamrunSegwi hawn: https://bit.ly/2Tj3YqB

Posted by Newsbook.com.mt on Monday, March 2, 2020

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia żaru il-post tal-inċident. Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi (MDA) Sandro Chetcuti deher qrib iż-żona tal-inċident aktar il-ġewwa mil-linja li stabbilixxiet il-Pulizija. Il-midja talbet lil Chetcuti biex jagħti l-kummenti tiegħu dwar dak li ġara, però Chetcuti ma aċċettax.

Jaqa' bini f'Santa VeneraAqra hawn: http://bit.ly/2TxsJOq

Posted by Newsbook.com.mt on Monday, March 2, 2020

Aktar tard l-MDA qalet li ssospendiet wieħed mill-membri tagħha li qalet li huwa involut fil-proġett ta’ kostruzzjoni marbut mal-inċident. Huwa involut bħala “investitur”.

L-ewwel rispons

Kelliema tal-Pulizija kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li uffiċjali tal-Pulizija, ambulanza kif ukoll membri mit-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili marru immedjatament fuq il-post. Ir-rapport dwar il-każ daħal għand il-Pulizija fis-2.15pm.

Jaqa' bini f'Santa VeneraAqra hawn: https://bit.ly/2Tj3YqB

Posted by Newsbook.com.mt on Monday, March 2, 2020

L-MDA “ixxukkjata”

Fi stqarrija l-MDA qalet li hija xxukkjata u mħassba dwar l-inċident.

“B’effett immedjat, l-MDA ssospendiet wieħed mill-membri tagħha involuti, bħala investitur fil-proġett, b’rabta ma’ dan l-inċident,” qalet l-MDA. Żiedet tgħid li tħoss li dan huwa l-pass etiku xieraq fiċ-ċirkostanzi sakemm joħorġu aktar dettalji.

L-MDA qalet li flimkien ma’ wieħed mill-membri tagħha se tjkun qed toffri akkomodazzjoni temporanja f’lukanda lil dawk kollha affettwati.

Iċċedi dar oħra u din id-darba bin-nies fiha. L-industrija tal-kostruzzjoni tiskorja goal ieħor fil-battalja tagħha…

Posted by Moviment Graffitti on Monday, March 2, 2020

“M’għandix kliem” – Adrian Delia

Għadni kif żort is-sit ta’ din id-dizgrazzja. Tkellimt mal-familja. M’għandix kliem. Nappella għat-talb tagħkom lkoll.

Posted by Adrian Delia on Monday, March 2, 2020

Fi stqarrija il-PN qal li filwaqt li jinnnotta li inċidenti bħal dawn qed jiġru ta’ spiss f’Malta, għalissa kull attenzjoni trid tmur fuq l-isforzi li qed isiru biex tinstab il-mara.

“F’dan il-mument iebes, nesprimi l-akbar solidarjetà mal-familja affetwata b’din it-traġedja,” qal Adrian Delia qal wara li żar is-sit tal-inċident. Delia tkellem mal-familjari tal-mara.

Jaf ikun l-agħar każ -FAA

L-NGO Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) qalet li dan jaf ikun l-agħar każ fost l-aħħar inċidenti li kien hemm fejn iġġarraf il-bini. Qalet li dan il-proġett ta’ kostruzzjoni kien jinvolvi għadd ta’ ħwienet u mal-54 appartament fuq sitt sulari.

“Filwaqt li din il-Kummissjoni tal-PA, l-iżviluppaturi, u l-perit għandhom ħafna xi jwieġbu, ir-responsabbilità aħħarija tistrieħ mal-politiċi Maltin li nkoraġġixxu dan l-iżvilupp bla rażan, u ħejjew klima ta’ impunità fejn l-iżviluppaturi qed joqtlu u ma jiġrilhom xejn għad-detriment tas-saħħa tar-residenti, tas-serħan il-moħħ, u issa anke tal-ħajjiet,” qalet l-FAA.

🔴 STQARRIJA TA' REPUBBLIKA 🇲🇹 [PR 12/2020]Ma jistax ikun li l-Gvern jibqa’ ċass quddiem diżastri bħal dak li seħħ…

Posted by Repubblika on Monday, March 2, 2020

Rappurtaġġ addizzjonali: Amy Borg

Filmati: Miguela Xuereb