Aġġornata: Żagħżugħa l-isptar wara ħabta fir-Rabat

Żagħżugħa ta’ 21 sena mill-Mellieħa ttieħdet l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi fir-Rabat.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ għall-11.10am viċin pompa tal-petrol.

Il-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn żagħżugħ Franċiż ta’ 23 sena. Iż-żagħżugħa weġġgħet ħafif filwaqt li l-Franċiż ma weġġax.