Persuni ‘l fuq minn 40 sena b’għajnuna biex jixtru dar

Il-Gvern u l-bank APS ingħaqdu flimkien biex joffru għajnuna lil persuni li għandhom ‘il fuq minn 40 sena biex isiru sidien ta’ darhom.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar dan il-proġett f’konferenza tal-aħbarijiet li saret f’Kastilja fejn qal li l-iskema hi maħsuba b’mod partikolari għal nies u familji li għaddew minn separazzjoni u li b’hekk il-gvern qed jgħinhom jibnu ħajjithom mill-ġdid.

Fisser kif il-proċess jibda meta wara li l-applikant jidentifika propjetà b’valur massimu ta’ €200,000, joħroġ minimu ta’ 10% tal-valur, u permezz tal-assi u self mal-bank APS, ikopri minn tal-inqas nofs il-prezz tal-proprjetà. Il-kumplament tal-valur tal-proprjetà tkoprih l-Awtorità tad-Djar. Fi żmien 20 sena, l-applikant jixtri s-sehem tal-Awtoritá bl-istess prezz li din tkun akkwistatu.

F’każ li kif tintemm l-iskema wara 20 sena, l-applikant ma jkunx f’pożizzjoni finanzjarja li jixtri s-sehem l-ieħor, it-tfal jew l-eredi tagħhom ikollhom l-opportunità li jagħmlu dan.

Aktar informazzjoni f’dokument anness li jispjega l-iskema f’aktar dettal: