Persuni jweġġgħu waqt protesti kontra l-korruzzjoni fl-Ukraina

Erba’ persuni weġġgħu meta kienu nvoluti fi ġlied bejn il-Pulizija ta’ kontra l-irvelli u dimostranti li qed jitolbu riformi kbar.
Eluf niżlu fit-toroq ta’ Kiev biex, fost oħrajn, jitolbu lill-Gvern iwaqqaf Qorti kontra l-korruzzjoni, biex il-Membri Parlamentari jitilfu l-immunità mill-persekuzzjoni u anke bidliet fis-sistema elettorali.
Ħafna kienu qed jheddu li se jtellgħu tined u jimblokkaw it-torot li jagħtu għall-Parlament sakemm il-Gvern jieħu passi.
Wieħed mill-mexxejja tal-Oppożizzjoni saħansitra talab lill-President Pietro Poroshenko biex jirreżenja.
Min-naħa tiegħu, Poroshenko ppreżenta abbozz ta’ liġi fil-Parlament biex titneħħa l-immunità.
Is-sena li għaddiet, wieħed mill-indiċi li jkejjel il-korruzzjoni, poġġa lill-Ukraina fost l-agħar pajjiżi.
Bħalissa, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tinsab Kiev għal żjara statali.