Persuni jisparaw fuq Musulmani ħerġin minn moskea f’Avignon

Tmien persuni ndarbu hekk kif persuni ramaw jisparaw fuq Musulmani ħerġin minn moskea f’Avignon, fin-Nofsinhar ta’ Franza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30pm ta’ lbieraħ filgħaxija, xħin xi persuni ġew avviċinati mis-suspettati aggressuri b’karozza. Huma kienu qed iġorru arma tan-nar kull wieħed.
4 persuni ndarbu waqt l-isparatura xħin kienu barra l-moskea ta’ Arrahma, filwaqt li familja ta’ 4 ndarbet bl-ixraplen, mal-50 metru bogħod meta kienet f’darha.
Waħda mill-midrubin, membru tal-familja, hija tifla ta’ 7 snin.
Sa issa l-Pulizija Franċiża mhix tqis dajn l-attakk bħala wieħed terroristiku.
Tnejn mill-midrubin ittieħdu l-isptar għall-kura, fejn qalu mal-midja li l-Musulmani ħerġin mill-moskea ma kinux il-mira tas-suspettati aggressuri, għalkemm ma tawx informazzjoni dwar min seta’ kien il-mira.
Il-Pulizija qalet, sadanittant, li l-fatt li l-attakk seħħ fi triq xħin kien hemm persuni ħerġin mill-moskea mhux biżżejjed biex il-każ jiġi ttrattat bħala wieħed t’għamla terroristika.
Qed jingħad li aktarx il-każ idur ma’ argument bejn żgħażagħ.
Il-Ħamis li għadda, persuna saqet għal fuq folla ta’ Musulmani barra moseka fi Creteil, Pariġi. Dakinhar ħadd ma kien weġġa’.