Ritratti: Persuni jinżammu ostaġġi fi Franza wara sensiela ta’ sparaturi

Tlett ostaġġi li kienu qed jinżammu minn persuni armati bil-kalashnikovs inħelsu mill-Pulizija Franċiża wara ħidma li damet sejra bosta sigħat.
Il-persuni armati kienu qed iżommu l-ostaġġ fil-belt Franċiża ta’ Roubaix, li tinsab fil-fruntiera mal-Belġju.
Ammont kbir ta’ Pulizija marru fuq il-post flimkien ma’ tim mediku wara li l-ewwel rapporti kienu qed jgħidu li kien hemm xi feruti fost l-ostaġġi wara sensiela ta’ sparaturi.
Il-Pulizija ddeċidew li jagħlqu t-toroq tal-madwar kif ukoll ordnaw lir-residenti biex ma joħorġux minn djarhom.
L-awtoritajiet Franċiżi qalu li ma hemmx konnessjoni bejn dawn il-persuni armati u l-attakki li seħħew f’Pariġi fit-13 ta’ Novembru li għadda.
Franza tinsab fi stat ta’ emerġenza wara dawn l-attakki terroristiċi.