Persuni f’nofs ta’ baħar: L-ebda stat membru m’għamel talba formali – KE

Twitter / Open Arms

Read in English.

Malta u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għadhom m’għamlux talba formali lill-Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm kordinament u tissolva l-qagħda ta’ madwar 500 persuna li qed ifittxu ażil u jinsabu fuq żewġ bastimenti tas-salvataġġ.

Kelliema għall-Kummissjoni Ewropea qalet lil Newsbook.com.mt li l-Kummissjoni se tkun qed tissorvelja mill-qrib dak li qed iseħħ fiċ-ċentru tal-Baħar Meditterran.

Hija spjegat li f’dan l-istadju l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda talba formali biex tikkordina l-isforzi ta’ solidarjetà għall-persuni li jinsabu abbord il-bastiment Open Arms. Kompliet li l-Kummissjoni rrikorriet għand l-Istati Membri u talbithom juru solidarjetà ma’ dawn il-persuni sabiex tinstab soluzzjoni malajr.

Meta mistoqsija dwar il-persuni li jinsabu abbord il-bastiment Ocean Viking, il-kelliema għall-Kummissjoni Ewropea qalet li s-sitwazzjoni tagħhom kienet diskussa wkoll mal-Istati Membri.

Il-kelliema tenniet li l-Kummissjoni se tkun qed tagħmel dak kollu li tista’ biex tinstab soluzzjoni fost l-Istati Membri. Matul is-sena li għaddiet il-Kummissjoni kienet strumentali biex intlaħaq ftehim bejn l-Istati Membri, fejn l-immigranti ġew żbarkati f’pajjiż li huwa Stat Membru u wara ġew mqassma f’diversi pajjiżi li huma Stati Membri.

Hija Żiedet li ‘fl-aħħar mill-aħħar li jinsabu s-soluzzjonijiet jiddependi mir-rieda tal-Istati Membri u kemm jixtiequ jkunu parteċipi fl-isforzi ta’ solidarjetà. Il-Kummissjoni min-naħa tagħha m’għandhiex il-kompetenza li tindika postijiet fejn jista’ jsir l-isbark ta’ dawn il-persuni jew li tikkordina operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ.

It-Tlieta filgħodu l-Forzi Armati ta’ Malta ppubblikat ritratt li juri immigrant bla ħajja fuq dingi u persuna oħra ħdejh li ttieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni kritika.

Ara: 1 mejjet u ieħor fil-periklu tal-mewt; l-AFM ittellagħhom minn dingi

Ara: Żewġ nisa u familthom ġew evakwati minn Open Arms lejn Malta

Ara: L-immigranti jibqgħu bejn sema u ilma; Malta tgħid ‘le’

Ara: Malta lesta tieħu 39 immigrant; deċiżjoni li qed toħloq tensjoni – Open Arms

Ara: Richard Gere jappella lil Salvini biex jieqaf “jiddemonizza” lill-immigranti u jgħinhom