Read in English.
Diversi persuni sfaw midruba fi Vjenna wara li ġew sparati tiri f’sinagoga fil-Belt Kapitali tal-Awstrija, Vjenna.
F’kitba fuq Twitter il-pulizija qalet li hemm diversi persuni midruba u spjegat li jinsabu fuq il-post. Il-pulizija appellat lin-nies biex jevitaw il-pjazez pubbliċi tal-Belt.
Ix-xandir nazzjonali tal-Awstrija ORF qal li persuna li kienet fuq il-post rat diversi tiri jiġu sparati ftit wara 8pm.
Din l-operazzjoni mill-pulizija qiegħda ssir viċin ix-xmara Danube fiċ-ċentru tal-Kapitali Awstrijaka.
Skont il-pulizija ta’ Vjenna l-pulizija għadha trid tidentifika ċ-ċirkostanzi eżatti tal-inċident.