Persuni feruti f’inċident fis-Swieqi

2 persuni weġġgħu wara ħabta bejn żewġ karozzi fis-Swieqi.
Raġel ta’ 36 sena residenti Ħal Qormi ttieħed l-isptar filwaqt li raġel ieħor ta’ 74 sena residenti San Ġiljan ġarrab ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq Sant’ Andrija fis-Swieqi.
Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa.