Aġġornata (2) : Raġel jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 55 sena mill-Mosta tilef ħajtu meta kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imgieret, Ħal-Luqa għall-ħabta tal-4.45 ta' wara nofsinhar.

L-impatt, qrib ir-residenza San Vinċenz De Paule, seħħ bejn il-vann pick-up Mitsubishi misjuq mir-raġel u vettura tat-tip Jaguar misjuqa minn ġuvni ta' 19-il sena mill-Ħamrun.

Kawża tal-impatt il-pick-up inqaleb u ġie fuq is-saqaf u kellu wkoll impatt ma' ħajt.

Fuq il-post issejħet il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Fuq il-post waslu wkoll ħaddiema mill-Protezzjoni Ċivili li kellhom iqattgħu il-vettura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li appuntat inkjesta.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.