Filmat: Persuni evakwati mill-bini minħabba nar fiż-Żebbuġ

Xi persuni nħarġu minn djarhom wara li nar infirex mill-għelieqi għal viċin il-bini fiż-Żebbuġ, Għawdex.

Sorsi qrib id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li r-rapport daħal għall-ħabta tal-4pm u l-uffiċjali kollha f’Għawdex intalbu biex jassistu f’dan l-inċident. L-istess sorsi qalu wkoll li xi persuni ġew evakwati minn djarhom minħabba n-nar.

Il-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili qed tikkonċentra fuq żona wiesgħa bejn Triq Għajn Mhelhel u Triq il-Madonna taċ-Ċiċri, preċiżament wara l-Knisja Parrokjali taż-Żebbuġ. Fuq il-post hemm ambulanza u preżenza tal-Pulizija iżda jidher li sa issa ħadd ma ttieħed l-isptar.

Jidher li n-nar deher minn diversi lokalitajiet madwar Għawdex fosthom mix-Xagħra minn fejn hu miġbud dan ir-ritratt:

Ritratt fuq info@newsbook.com.mt

Aktar dettalji kif jaslulna.

Filmat ta’ Mirabelle Sultana