Persuni b’diżabilità li ma jistgħux jaħdmu se jingħataw żieda

Persuni b’diżabilità li mhuwiex possibbli għalihom li jidħlu fid-dinja tax-xogħol, se jibdew jirċievu żieda sostanzjali fil-pensjoni tagħhom.
​Dan tħabbar mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia, waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-għaqda nazzjonali tal-ġenituri tal-persuni b’diżablità.
Iż-żieda li se jingħataw dawn il-persuni, se tkun qrib il-paga minima nazzjonali.
Il-Ministru Farrugia fisser li permezz tax-xogħol li qed isir sabiex jitnaqqas l-abbuż mill-benefiċċji soċjali, il-Gvern jista’ jżid miżuri ġodda favur l-aktar persuni vulnerabbli. 
Tkellem ukoll dwar kif persuni b’diżabilità li jagħlqu sittin sena bdew jieħdu ż-żieda awtomatika tal-pensjoni tal-età li tammonta għal €5.16 fil-ġimgħa. 
Spjega li fil-ġimghat li ġejjin se jkun qed jagħti aktar dettalji dwar ftehim li wasal biex jiġi konkluż mal-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem fil-qasam tad-Diżabilità.