Persuni b’diżabilità jipparteċipaw fl-ewwel Para Camp

Fi tmiem din il-ġimgħa se jilħaq il-qofol tiegħu l-Para Camp li qed isir f’Għawdex bil-għan li jintegra persuni bi bżonnijiet speċjali biex ikunu involuti b’mod attiv fl-ikkampjar.
B’kollox qed jieħdu sehem madwar 20 parteċipant fosthom persuni miċ-ċentri ta’ Santa Marta u l-Fondazzjoni Arka.
Dan huwa l-ewwel Para Camp fil-Gżejjer Maltin, li qed jiġi organizzat mill-organizzazzjoni Young Volunteers bl-għajnuna tal-Emergency Response and Rescue Corps, tal-Aġenzija Programmi Unjoni Ewropea, u l-Youth in Action Programme fosthom il-Malta National Agency.
Il-proġett jimmira biex iġib l-ugwaljanza bejn żgħażagħ b’inqas opportunitajiet. Jgħin ukoll biex jeduka favur ħajja b’saħħitha permezz tal-isport u attivitajiet barra mid-dar.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo żar dan il-Para Camp u ltaqa’ mal-parteċipanti.