Persuni b’diżabilità jgħixu f’farmhouse għal 3 ijiem

Grupp ta’ persuni b’diżabiltà li jattendu ċ-Ċentru Santa Marta qed jipparteċipaw f’live-in f’farmhouse f’Ta’ Sannat, fejn se jiġu mħarrġa biex jgħixu b’mod aktar indipendenti.
F’dan il-programm ta’ tlett ijiem, il-parteċipanti se jkollhom ċans jistrieħu wkoll psikoloġikament u emozzjonalment.
Fost l-attivitajiet hemm sessjonijiet ta’ pilates, logħob, board games, ħarġiet fil-kampanja, trattamenti minn terapista tas-sbuħija u hairdresser  u preparamenti u tisjir.
Ritratt: MGOZ – George Scerri