Persuni b’diżabilità jridu jiġbru biljett għall-Isle of MTV

Għal sena oħra konsekuttiva, għall-festival tal-Isle of MTV fuq il-Fosos tal-Furjana se jkun hemm parti għall-persuni b'diżabilità.
Fi stqarrija, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li b'kollox din iż-żona tesa' 50 persuna. 
Il-biljetti għal din iż-żona jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tal-MTA fi Triq Merkanti, il-Belt Valletta min-nhar it-Tnejn li ġej, bejn l-10am u l-4pm.
Biex wieħed jiġbor dan il-biljett, irid juru l-badge l-blu. 
Kull biljett se jkun validu għal żewġ persuni.