Persuna waħda biss ħatja darbtejn wara d-dħul tal-liġi ġdida tad-droga

Bejn Settembru u Marzu li għadda, quddiem il-Kummissarju ġdid għall-Ġustizzja tressqu 344 każ ta’ droga, 86 minnhom ta’ barranin.
Persuna waħda biss instabet ħatja darbtejn waqt li għal każijiet iktar serji, il-Qorti tal-Maġistrati rreferiet 14-il każ lill-Bord tar-Rijabilitazzjoni tad-Droga, li jekk jissodisfaw ir-rijabilitazzjoni jingħataw ċans ieħor f’ħajjithom.
Il-Gvern qal dan f’għeluq is-sena mid-dħul tal-liġi li ddeskriva bħala waħda li qed tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.
Fi stqarrija ntqal li numru kbir tal-każijiet li dehru quddiem il-Kummissarju kienu recreational users jew kienu qed jesperimentaw bid-droga għall-ewwel darba.
25 ġew riferuti għall-għajnuna u ntalbu jattendu għal seduta oħra biex jiġi żgurat li rċevew l-għajnuna li kienu jeħtieġu.