Persuna tweġġa’ bil-logħob tan-nar

Persuna ndarbet f'idha wara inċident bil-musketterija fil-pjazza tan-Naxxar, fejn bħalissa hemm għadd kbir ta' nies.
Kelliem għall-Protezzjoni Ċivili qal lil Newsbook.com.mt li marru fuq il-post, iżda l-persuna laħqet telqet.
Sorsi qrib Newsbook.com.mt qalu li l-inċident seħħ f'vann li kellu xi logħob tan-nar.