Persuna trans tirrakkonta minn xiex tgħaddi

Tirrakkonta l-istorja tagħha waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103 is-Sibt fil-11am.

Read in English.

Angela Coleiro, li hija kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali titkellem ma’ Prof. Andrew Azzopardi dwar l-attakki li hija sofriet fuq il-mezzi soċjali.

Hija tirrakkonta l-istorja tagħha waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103 is-Sibt fil-11am.

Fl-istess programm fuq 103 Malta’s Heart Prof. Azzopardi jitkellem ma’ Dr George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Huwa jispjega x’qed jagħmel l-uffiċċju tiegħu biex jogħlew l-istandards tal-politiċi u persuni fil-ħajja pubblika.

Andrew Azzopardi on 103 jixxandar is-Sibt bejn l-10am u nofsinhar.