Ritratti: Raġel imut f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema

Ġermaniż ta' 42 sena tilef ħajtu f'inċident tat-traffiku f'Tas-Sliema. 
L-inċident seħħ fi Triq it-Torri ftit qabel nofsinhar.
Il-Ġermaniż ittajjar minn karozza li ħarbet minn fuq il-post wara l-inċident.
Ftit wara l-pulizija qabdu s-sewwieq bil-karozza tiegħu fl-istess triq. Is-sewwieq huwa raġel ta' 36 sena miż-Żurrieq.
Jirriżulta li qabel tajjar lill-vittma, is-sewwieq daħal f'żewġ karozzi oħra.  Hu qed jgħin lill-pulizija fl-investigazzjoni tagħha. 

Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza iżda r-raġel ġie ċertifikat mejjet fuq il-post. 
It-triq ingħalqet għat-traffiku u saret tfittxija fil-karozza li baqgħet sejra.
Ħbieb tal-Ġermaniż, Rainer Mader, iddeskrivewh bħala 'ħabib ta' Malta' u li spiss żar Malta għad-delizzju tiegħu tal-mudelli tal-ferroviji. 

Ritratti: Justin Saliba/Paul Galea