Persuna tmut f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 35 sena miet fuq il-post wara li baqa’ dieħel f’siġra bil-karozza li kien qed isuq.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10pm, fi Triq Giuseppe Garibaldi l-Marsa.
Ir-raġel kien joqgħod Ħal Kirkop.
Fuq il-post issejħu tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza, iżda ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.