Aġġornata: Żgħażugħ gravi wara inċident fil-mini ta’ Ħal Kirkop

Read in English.

Żagħżugħ ta’ 18-il sena ttieħed l-isptar wara li nbeżaq mill-karozza li kien qed isuq u spiċċa mtajjar mill-istess vettura taħt il-mini ta’ Ħal Kirkop.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-7.20 pm. Għal xi raġuni, iż-żagħżugħ miż-Żurrieq tilef il-kontroll tal-karozza, ħabat ma’ ħajt, u spiċċa ‘l barra mill-karozza li kien qed isuq. Il-karozza mbagħad tajritu. Fil-karozza kien hemm passiġġier ta’ 17-il sena li ma weġġax.

Is-sewwieq tal-karozza ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li l-passiġġier ta’ 17 il-sena ma sofriex ġrieħi

Għadd ta’ pulizija marru fuq il-post biex jidderieġu t-traffiku. Il-mina ngħalqet għal xi ħin.