Persuna tittajjar minn karozza f’Tas-Sliema

Żvediża ta' 67 sena dalgħodu ttajret minn karozza f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am fi Triq Manwel Dimech.
Mara ta' 38 sena minn Ħaż-Żebbuġ fetħet il-bieba tal-karozza tagħha li kienet ipparkjatha, bil-konsegwenza li għadda vann misjuq minn raġel ta' 44 sena u laqtilha l-bieba. Dan wassal biex il-karozza pparkjata mxiet u laqtet lill-mara.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b'ambulanza biex tingħata l-kura meħtieġa. 
L-Iżvediża mhix fil-periklu tal-mewt.