Aġġornata (2): Fil-periklu tal-mewt ir-raġel li ttajjar minn karozza fil-Marsa

Raġel ittajjar minn karozza fil-Marsa u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

L-inċident seħħ fi Triq Diċembru 13 fil-5.35pm. Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-vittma ttieħed l-isptar b’ambulanza.

Il-vittma huwa raġel ta’ nazzjonalità barranija, u l-persuna li kienet qed issuq il-karozza hi raġel ta’ 38 sena mill-Belt Valletta.

Persuna fuq il-post qalet lil Newsbook.com.mt li l-karozza waqfet f’daqqa u kellha l-windscreen imkisser bid-daqqa.