Aġġornata: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Ħal Lija; involuti 2 tfal

CMRU

Read in English.

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar flimkien ma’ żewġt itfal minn karozza f’Ħal Lija.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fi Triq il-Mosta għall-ħabta tal-4pm. Is-Serbjan ta’ 47 sena residenti l-Gżira u żewġ subien ta’ 10 snin intlaqtu minn karozza li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 20 sena.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt it-triq kienet tinsab magħluqa għat-traffiku.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tliet persuni mtajra l-Isptar Mater Dei. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji, filwaqt li wieħed mis-subien qed isofri minn ġrieħi ħafifa. Il-ġrieħi tat-tifel l-ieħor għadhom pendenti.