Aġġornata (2): Mara tintlaqat minn karozza f’San Ġwann

Mara ntlaqtet minn karozza f’San Ġwann.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan ma’ Newsbook.com.mt. Il-każ seħħ fit-8.30am fi Vjal ir-Riħan. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 54 sena minn San Pawl il-Baħar.

Il-mara ta’ 46 sena minn San Ġwann ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Hi weġġgħet b’mod ħafif