Raġel gravi wara li ntlaqat minn karozza fiż-Żejtun

Aġġornat 01:22 PM

Raġel ta’ 64 weġġa’ gravi meta ntlaqat minn karozza fiż-Żejtun dalgħodu.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li l-inċident ġara fit-7.50am fi Vjal il-Labour.

Sewwieqa ta’ 28 sena minn Santa Venera tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u baqgħet dieħla ġo żewġ karozzi pparkjati. Inzerta ħiereġ raġel ta’ 64 sena miż-Żejtun minn waħda minnhom, li ntlaqat.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei, imma l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.