Persuna titlef ħajjitha wara li nirien ħakmu ħanut fil-Ħamrun

Aġġornat 07:52 AM
Monique Agius

Read in English.

Persuna tilfet ħajjitha wara li ħanut inħakem minn nirien fil-Ħamrun. Ir-raġel huwa Eġizzjan ta’ 25 sena.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tal-5am fi Triq Ħal Qormi.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza. In-nirien ġew ikkontrollati, iżda persuna ma rnexxilhiex issalva.

Għadu mhux magħruf xi kkawża n-nirien.

Xi nies li joqogħdu fl-akkwati kellhom jiġu evakwati minn djarhom sakemm jitneħħa kull
periklu.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex
jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom
għaddejjin.