Raġel ta’ 60 sena jitlef ħajtu fid-Dwejra

Aġġornat 07:32 PM
Beppe Galea

Read in English.

Raġel ta’ 60 sena residenti l-Imsida kien il-persuna li tilef ħajtu fil-bajja tad-Dwejra f’Għawdex.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li għall-ħabta tal-5.15pm kienet infumata li persuna tinsab f’diffikultà.

Ir-raġel ittella’ l-art u ngħata l-ewwel għajnuna minn Kunstistabbli u persuni li kienu fil-qrib.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex jassistu lir-raġel madankollu huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Fuq il-post marru wkoll membri mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum. Il-Maġistrat Dr Simone Grech fetħet inkjesta dwar dan il-każ u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-Pulizija tad-Distrett għadha qed tinvestiga l-każ