Persuna serqet ammont ta’ flus minn ħanut fil-Gżira.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għal nofsinhar fi Triq Manuel De Vilhena. Skont il-Pulizija l-persuna daħlet fil-ħanut u baqgħet ħierġa bil-flus li kien hemm fil-cash register. Ma ntużawx armi fis-serqa u ħadd ma weġġa’.
Il-Pulizija qed tfittex għall-allegat ħalliel.