Persuna tipprova tqarraq bi profil falz ta’ Chris Fearne – Il-Gvern

Persuna mhux magħrufa bdiet tibgħat messaġġi permezz ta’ profil falz fuq Facebook bir-rirtatt tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne skont il-Gvern.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru qal li ġie infurmat b’dan ilbieraħ. L-utent qed juża’ l-isem “Chris Ferne”. L-Uffiċċju qal li dawk il-persuni li jirċievu messaġġ minn dan il-profil għandhom jirrappurtaw dan lil Facebook. Il-Gvern irrapporta l-profil falz lil Pulizija.

Il-Gvern qal li “jekk persuna jkollha dubju għandha tikkuntattja lill-customer care fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa.”